Aġġornat | Kemmuna tieħu r-ruħ

L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) toħroġ stqarrija dwar il-kontroll tan-numru ta’ deckchairs permessi, kif ukoll il-prezz mitlub għalihom

ritratt meħud minn TVM.com.mt
ritratt meħud minn TVM.com.mt

Dalgħodu, TVM.com.mt ħarġu ritratt li jgħid ħafna meta ittieħed fit-8.30 ta dalgħodu u il-bajja ta' Kemmuna fl-aħħar ħadet nifs meta wara kontroversja sħiħa fuq il-media u media soċjali jidher li ttieħdu passi u din il-bajja issa nfetħet biex jista jgawdiha kulħadd u mhux min biss iħallas biex jikri umbrella jew deckchair.

Aktar tard matul il-ġurnata, fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA), intqal li bħala parti mill-isforzi li qed tagħmel sabiex jiġu rispettati r-regoli fuq il-bajjiet f’Kemmuna, uffiċjali tal-Awtorità reġgħu kienu fuq Kemmuna dalgħodu sabiex jispezzjonaw I jħarsu l-attività relatata mal-kiri ta’ umbrellel u deckchairs fil-Blue Lagoon u fil-bajja ta’ Santa Marija.

l-MTA innotat li r-regolamenti dwar in-numru ta’ deckchairs permessi, kif ukoll il-prezz mitlub għalihom skont iż-żona tal-gzira, qegħdin jiġu rispettati.

Sa mill-bidu ta’ dan is-sajf, stqarret l-MTA, l-uffiċjali żaru Kemmuna fuq bażi regolari u nfatti s’issa diġà ingħataw multi b’ammont ta’ €12,000 għall-ksur tar-regolamenti.

L-MTA xtaqet tinfurma l-pubbliku, li minkejja li hemm lok għall-progress, is-sitwazzjoni diġà hija aħjar minn dik li kienet fis-snin li għaddew, fejn minflok l-1500 deckchair li kien hemm qabel, issa hemm biss post allokat għal 230 waħda.

Bl-estensjoni tal-faċilità ta’ kiri ta’ deckchairs u servizz ta’ ‘lifeguard’ anke fil-bajja ta’ Santa Marija, l-MTA qed tgħin biex tnaqqas l-ammont ta’ nies li joħonqu l-Blue Lagoon, billi dawn ikollhom l-opportunità jgawdu żoni inqas iffullati ta’ Kemmuna.

More in G?awdex