Żiffa ħelwa Għawdxija wara s-swar taċ-Ċittadella wasslet aħbarijiet sbieħ għall-Għawdxin

'Għal Għawdex il-kbir għadu ġej' - Edward Zammit Lewis

Waqt is-serata ta' Gvern li jisma minn Għawdex li saret il-ġewwa mis-swar tal-ġawhra l-ġdida Għawdxija, Iċ-Ċittadella, żiffa ħelwa Għawdxija wasslet aħbarijiet ferm sbieħ għal din il-Gżira. Fejn Il-Ministru għal Għawdex elenka s-suċċessi li kellha din il-gżira mhux biss f'dawn l-aħħar tliet snin iżda wkoll f'dawn l-aħħar sitt xhur tas-sena. Fejn il-Gozo Channel għamel madwar €400,000 qligħ kontra l-€1.7 miljun telf taħt l-amministrazzjoni ta' qabel, it-turisti żdiedu b'rata akbar minn dik ta' Malta, hemm applikazzjoni għal 18-il lukanda ġdida u se jidħlu f'Għawdex 26 cruise liner li ma ttiħdux minn malta iżda ġew apposta għal Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo elenka wkoll dwar it-18-il kilometru ta' tarmac li għamlu f'toroq ġodda li swew €8 miljun, filwaqt li qal li issa l-prijorita hi l-fast ferry li diġa saru l-istudji tuqu u issa kollox jinsab f'idejn l-awtorita tat-trasport. Tkellem ukoll il-Ministru tat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis li qal li Għawdex illum hu niċċa għalih u li dak iż-żmien li kien jiekol mil-laqx li jħallu l-Maltin spiċċa. Għawdex igawdi niċċa ta' turiżmu għalih fejn għall-ewwel darba kien hemm rekord ta' Miljun turist li żaru Għawdex. Fost diversi suċċessi oħra u proġetti li fi ħsiebhom isiru fil-futur qarib bħal akkomodazzjoni għal dawk il-barranin li jiġu malta meta jinbena l-iskola medika u l-isptar ta' Barth, hu temm fot l-applaws ta' dawk preżenti li 'GĦAL GĦAWDEX IL-KBIR GĦADU ĠEJ'. Anton refalo faħħar ukoll is-suċċessi kbar li qed jagħmlu il-kumitati tal milied, tal-Għid u issa taċ-ċittadella, l-NGO's li jaħdmu biss għal Għawdex bla ħlas, il-GTA, il-GBC u anke lil Gozo Sports Board li taw spinta kbira lill-isport Għawdxi speċjalment bil-programm televiżiv dwar l-isport f'Għawdex.

 

More in G?awdex