85% tax-Xewkin jivvutaw favur li Xewkija Tigers jilagħbu f'Malta

Għal-Laqgħa Ġenerali l-ebda rappreżentant tal-GFA ma kien preżenti

ritratt meħud minn Football in Gozo
ritratt meħud minn Football in Gozo

Kif ħabbret esklussivament din is-sit li sew Xewkija Tigers kif ukoll Kerċem Ajax din il-ġimgħa daħlu applikazzjoni tagħhom fl-MFA biex jilagħbu fil-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni fl-MFA f'Malta.

Sadattant fix-Xewkija saret il-laqgħa Ġenerali Annwali fejn il-membri intalbu jivvutaw jekk jaqblux ma' din id-deċiżjoni u s-sit indipendenti tal-Football Għawdxi ħareġ l-informazzjoni li  85% tal-membri prezenti ivvutaw favur filwaqt li 15% ivvutaw kontra. L-istess sit ħabbret ukoll li kontra dak li jsir is-soltu f'din il-laqgħa Ġenerali ma kienx hemm preżenti delegati mill-GFA. Filwaqt li dan is-sit hu nfurmat ukoll li x-Xewkija xorta għandhom f'moħħhom li jżommu team ieħor bie xjikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni Għawdxija.

 

More in G?awdex