Xewkija Tigers u Kerċem Ajax japplikaw biex jilagħbu Malta

Tnejn mill-aqwa clubs f'Għawdex iridu jieħdu sehem fil-kampjonat Malti tat-Tielet Diviżjoni

Il-Club ta' Xewkija Tigers li din is-sena tilef it-tielet Kampjonat konsekuttiv f'partita decider kontra Għajnsielem, u Kerċem Ajax li wkoll issieltu biex jirbħu l-Kampjonat iddeċidew li japplikaw biex flok jilagħbu fil-Kampjonat Għawdxi jibdew jieħdu sehem fil-kampjonat Malti fejn jibdew fit-Tielet Diviżjoni. Minn sorsi viċin Kerċem qalulna li dawn jixtiequ jilagħbu f'Malta u ma jieħdux sehem fil-Kampjonat Għawdxi, filwaqt li Xewkija qed jaħsbuha li jkollhom żewġ teams, wieħed jilgħab f'Malta u jkomplu jieħdu sehem fil-Kampjonat Għawdxi. Il-Kampjonat Għawdxi qed jiswa eluf ta' ewro lil clubs li jissieltu biex jirbħu l-Kampjonat u skont dawn il-clubs Għawdex mhu qed joffrilhom xejn u jekk jilagħbu Malta jkunu jistgħu jibnu teams li anke jitilgħu f'diviżjoni superjuri. Club ieħor li fl-aħħar snin kien dejjem isemmi li jixtieq jilgħab fil-Kampjonat malti hu Nadur li din is-sena reġa rebaħ il-promozzjoni għall-ewwel Diviżjoni. Il-fatt li applikaw biex jilagġbu f'Malta ma jfissirx li l-MFA se tilqa t-talba tagħhom għax dan jista jaffettwa mhux ftit il-Kampjonat Għawdxi jekk l-aħjar elementi tagħhom jitilqu minn Għawdex.

 

More in G?awdex