Periklu għat-tfal fl-oasi tagħhom u qisu xejn mhu xejn

Bandli li suppost għadhom ma nfetħux għal pubbliku uffiċjalment...miftuħa xorta bijt-tfal jilagħbu fihom b'periklu għal saħħithom 

Ma rridx inkun negattiv, anzi rrid infaħħar l-inizjattiva tal-Kunsill tar-Rabat Għawdex għal mod kif ittrasforma biċċa art abbandunata u mimlija żibel f’ġenna tal-art għat-tfal. Il-Kunsill lokali Rabti b’fondi Ewropej u anke b’xi għajnuna mill-Ministeru ta’ Għawdex għażel li l-art abbandunata li kienet tkerraħ mhux ftit l-ambjent fejn it-terminus tal-karrozza tal-linja jibdila f’park għat-tfal. Park modern fejn anke għaraf biex jerfa biċċa għal dawk li jħobbu jilagħbu bli skate boards. Insomma proġett ta’ min  ifaħħru.

Fi tmiem il-ġimgħa kont hemmhekk u stajt nara ħafna turisti Maltin u anke barranin flimkien ma’ tfal Għawdxin jmorru jiġru għal dawn il-bandli bit-tfal kollha jiġbdu lil ġenituri tagħhom biex joħduhom hemm. Iżda ma stajtx ma ninnutax il-perikli kbar li hemm. Għal fatt li dan l-Oażi għadu mhux lest għal kollox u jonqsu affarijiet li jidhru żgħar imma huma kbar fejn tidħol safety għat-tfal.

Il-post hu mdawwar b’ħafna ġebel għax iċ-ċint għadu mhux mibni. Hemm ħafna fejn it-tfal jistgħu jaqgħu u jweġġgħu. Litter bins għadhom ma tpoġġewx u għalhekk hemm ħafna katusi kbar li qed jimtlew bil-fliexken tal-ilma u karti għax m’hemmx fejn tarmi.

Li nixtieq inkun naf jekk dan l-leisure park għat-tfal hux miftuħ jew għadu magħluq. Jekk it-tweġiba hi li għadu mhux lest din it-tweġiba ma treġix. Għax jekk għadu mhux lest u mhux miftuħ għaliex hemm ftuħ fuq in-naħa ta’ fuq fejn hemm it-taraġ? Jekk għadu mhux lest għaliex kien hemm ħaddiem inaddaf waqt li t-tfal qed jilagħbu? Nemmen li jekk għadu mhux komplut għal kollox u mhux miftuħ għal pubbliku u għat-tfal, għandu jiġi mdawwar bil-ħadid ħalli ma jidħol ħadd fih. Għax it-tfal anke jekk tieħu ħsieb kollox ukoll jaraw minfejn se jaqgħu aħseb u ara b’dawk il-perikli kollha li hemm. U jekk iweġġgħu t-tfal min se jidħol responsabbli? L-ebda skuża li mhux miftuħ ma treġi għax l-fetħa prinċipali hi miftuħa?

Jekk it-tweġiba hi li hu miftuħ għal pubbliku allura din hi ħafna aktar gravi għax kif tista tiftaħ park għat-tfal mingħajr ma tieħu ħsieb is-safety u l-indafa?

Prosit tal-proġett iżda ħudu ħsieb il-perikli li hemm. Aħjar naqra iżjed magħluq u meta jinfetaħ kollox ikun kif suppost. Inutli li wara ngħidu li żbaljajna u jmissna mxejna aħjar. Il-proverbju Ingliż jgħid ‘BETTER SAFE THAN SORRY’.

 

More in G?awdex