Il-Partit laburista jikri vapur tal-Gozo Channel għall-1 ta' Mejju

Iċ-Ċerman tal-Gozo Channel jgħidilna li anke fi żmien in-Nazzjonalisti kienu krew vapur lil Partit Laburista

Attivista Laburista u kunsilliera tal-Munxar Għawdex, Sonya Abela f'dawn l-aħħar jiem kienet qiegħdha tirreklama biex dawk il-laburisti li jridu jmorru Malta għal manifestazzjoni laburista tal-1 ta' Mejju jista jagħmel dan billi jaqta l-biljetti li jiswew 6 ewro biex ikollhom trasport mill-Imġarr mal-Gozo Channel sal Valletta waterfront. Dan minħabba l-fatt li l-partit Laburista kera wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel għal din l-okkażżjoni. Kien hemm min raha kemmxejn stramba li l-Gozo Channel tikri vapur lil partit laburista iżda aħna kkuntattjajna liċ-Ċerman tal-Gozo Channel, Joe Cordina li qalilna li dan jista jsir u donnhom li l-laburisti jħobbu jagħmluha, "tant li anke fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista meta ċ-ċerman kien Paul Curmi dan ukoll kien kera vapur lil laburisti għal manifestazzjoni tal-partit. Dan ifisser li mhu qed tinkiser l-ebda liġi u lanqas qed isir xi pjaċir ma' xi ħadd partikolari. Kulmin irid jikri l-vapur jista jagħmel dan."

More in G?awdex