Attenti! Dan il-prodott jista' jkun perikoluż għal xi nies....

Il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għas-sulfati minħabba li nstab li fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għas-sulfati minħabba li nstab li fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.

Isem tal-prodott:

Lemon juice concentrate

Ditta:

Piacelli Citrilemon

Data tad-durabbiltà:

14/07/2020

Volum:

200ml

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

 

More in Zekzik