Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-grupp Abba lura fix-xena wara 35 sena mifrudin...

....l-ewwel diska tal-grupp mistennija tindaqq f'Diċembru fuq il-BBC

Albert Gauci Cunningham / 27 t'April 2018 17:26
Il-grupp ABBA, flimkien wara 35 sena
Il-grupp Abba reġgħu ingħaqdu wara 35 sena biex jirrikordjaw diski flimkien. Il-membri tal-grupp Żvediz mill-aktar popolari, f'kummenti mal-BBC, qalu illi l-erba' li huma ħassew li kienet tkun xi ħaġa ferm sabiħa li jingħaqdu flimkien wara 35 sena. Spjegaw ukoll kif minkejja s-snin kollha li għaddew, "donnu ż-żmien waqaf."

Waħda mid-diski l-ġodda ta' Abba se tkun 'I still have faith in you' u se tindaqq għall-ewwel darba f'Diċembru li ġej fuq l-BBC u l-NBC. 

Il-kelliem tal-grupp, Gorel Hanser, qal lill-BBC illi d-diski l-ġodda se jkollhom melodija familjari, "u fl-istess ħin moderna."

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook