'Jagħjtu x-xjuħ, u jagħjtu t-tfal... u Ann Fenech fil-Karnival...'

Kannabis, Karnival, kirjiet... u Ray Azzopardi x'sar minnu? Għada fil-ħarġa tal-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM

Għada filgħodu, mhux ta' min jitlef il-ħarġa tal-gazzetta ILLUM, hekk kif apparti l-politika u aktar informazzjoni dwar l-emendi fil-liġi tal-media u l-malafama (iktar dwar dan fil-ħin li ġej) tistgħu issiru tafu kif fil-Karnival ta' din is-sena, se tieħu sehem Ann Fenech, il-famuża President tal-Eżekuttiv tal-PN illi kif jaf kulħadd ma tantx tħobb il-pastizzi.

L-ILLUM se tkompli tirraporta dwar il-kannabis mediċinali, u x'għidtu intom il-qarrejja tagħna dwar il-legalizzazzjoni tagħha.

Intant wieħed jista' jaqra wkoll dwar proposta biex il-Gvern jgħin fil-ħlas tad-depożitu mitlub biex wieħed jieħu 'loan',  l-Oroskopju tiegħek u gwida tal-films ġodda li se joħorġu din il-ġimgħa.

Aqraw dwar ir-rivoluzzjonarju u anti-imperjalista Franċiż, Emilè Eudes... u l-aħħar imma mhux l-inqas...."X'sar minnu Ray Azzoppardi ?"

 

More in Zekzik