Filmati | Brooke u 'Kewkba' l-favoriti li jirbħu l-Eurovision Malta Song Contest illejla

...imma viċin tagħhom hemm ukoll Kevin Borg u Claudia Faniello 

Il-favoriti  li jirbħu l-Eurovision Malta Song Festival
Il-favoriti li jirbħu l-Eurovision Malta Song Festival

Il-Malti jgħid illi t-tiġrija sal-barkun, minkejja dan il-Malti jgħid ukoll li l-ġurnata minn filgħodu turik. F'sett ta' stħarriġ li qed jagħmel Deo Grech, persuna sinonima mal-Eurovision u li jmexxi s-sit tal-Malta Eurovision Song (#EFM) flimkien ma' Adrian Spiteri, jidher illi Brooke qegħda dejjem tikseb l-ewwel post, bl-akbar ammont ta' voti ta' preferenza. Għalkemm, kif jgħid Grech stess, l-istħarriġ mhux xjentifiku xorta huwa indikattiv tal-fatt li jista' jkun illi din id-darba il-Maltin se jagħżlu lil persuna illi kważi rebħet il-kuntest is-sena l-oħra.

Fil-fatt, is-sena l-oħra, minkejja li ll-favorita kienet Ira Losco, li fil-fatt rebħet, id-diska ta' Brooke bl-isem Golden ġiet fit-tieni post u kienet popolari sew mal-Maltin. F'ħames stħarriġ online li għamel Grech, Brooke dejjem kisbet l-ewwel post, bil-preferenzi li tikseb jvarjaw minn 25% għal 34%. Id-diska ta' Brooke jismiha Unstoppable. 

Minkejja dan, Brooke qed tħabbatha sew ma' kompetizzjoni pjuttost ħarxa speċjalment minn Janice Mangion, kantanta relattivament ġdida li qed tikseb popolarità bid-diska tagħha Kewkba. Id-diska ta' Mangion hija bil-Malti, lingwa li ilha snin twal ħafna ma tintuża għal MESC. Fil-fatt l-aħħar diska li rrapreżentat lil Malta kienet L-Imħabba, kantata minn Helen Micallef u Joe Cutajar.  Fl-aħħar tliet stħarriġ din id-diska dejjem kienet qed tiġi fit-tieni post mill-lista ta' preferuti biex jirbħu dan il-kuntest. Viċin ukoll, hemm il-kantant popolari u r-rebbieħ ta' Swedish Idol Kevin Borg bid-diska Follow. 

Jilgħabu wkoll għat-titlu li se jieħu lir-rebbieħ l-Ukraina hemm Claudia Faniello bil-kanzunetta Breathlessly kif ukoll Franklin bid-diska Follow Me.

More in Zekzik