Summit ma jkunx komplut mingħajr ikla pastizzi

Wara laqgħat uffiċjali u deċiżjonijiet importanti, delegati li żaru Malta għas-Summit tal-Kunsill tal-Ewropa, ittieħdu għal-żjara f'ħanut tal-pastizzi mill-Prim Ministru Muscat biex anke huma jduqu l-famużi pastizzi Maltin.

Tnejn piżelli, tnejn irkotta u kafè bil-ħalib

Hekk kif kull Malti jħoss il-bżonn li jdewwaq il-pastizzi lill-ħbieb u l-viżitaturi barranin li jżuru pajjiżna, jidher li anke l-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien ma' martu Michelle ma kienux eċċezzjoni għal din id-drawwa tal-qsim tat-tradizzjonijiet Maltin, hekk kif aktar kmieni dalgħodu, ħadu numru ta' mexxejja Ewropej jieklu l-pastizzi.

Fi tweet imxerred mill-Prim Ministru Muscat stess, huwa jidher flimkien ma' Michelle Muscat, u l-Prim Ministri Charles Michel tal-Belġju, Xavier Bettel tal-Lussenburgu, Miro Cerar tas-Slovenia, u l-partners tagħhom, fil-ħanut tal-pastizzi tant maħbub fost il-Maltin, il-'Crystal Palace', fir-Rabat. 

Insomma, anke għal-għola delegati Ewropej, żewġ pastizzi u te f'tazza tal-ħġieġ kien l-isbaħ mod kif itemmu ż-żjara tagħhom f'pajjiżna.

More in Zekzik