FILMAT | Mexa wara l-għarajjes... u qabad jispara...

Filmat waqt tieġ fil-Brażil juri agressur li daħal fil-knisja u wara li mexa wara l-għarajjes, qabad jispara fuq il-mistednin

L-agressur mexa wara l-għarajjes qabel qabad jispara
L-agressur mexa wara l-għarajjes qabel qabad jispara

Filmat miġbud waqt tieġ fil-knisja ta' Alagoas, fil-Brażil, juri l-għarajjes deħlin il-knisja u resqin lejn l-artal, hekk kif warajhom jidher raġel liebes jeans u flokk miexi każwalment, daqs li kieku huwa mistieden li dalwaqt se jieħu postu fuq wieħed mill-bankijiet.

F'daqqa waħda r-raġel joħroġ pistola minn taħt il-flokk u jaqbad jispara fuq il-mistednin, hekk kif dawn jiġru mal-knisja kollha biex jevitaw li jintlaqtu.

L-agressur, li wara l-isparatura ħareġ bil-kalma mill-knisja, aktar tard ġie identifikat bħala Umberto Ferreira dos Santos. Jidher li r-raġel kien pjana li joqtol wieħed mill-mistednin flimkien ma' ibnu, li kienu se jixhdu f'każ ta' sparatura li ħalliet lill-iben l-agressur mejjet ftit taż-żmien qabel.

More in Zekzik