Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Malta u l-baħar li jdawwarha: Wirja kbira tal-arti mistennija mal-bidu ta' Valletta 2018

...il-wirja, kemm fuq ġewwa u anke fuq barra, se tesplora r-relazzjoni bejn Malta u l-baħar li jdawwarha

Albert Gauci Cunningham / 6 ta' Jannar 2017 12:13
Il-baħar li jdawwarna se jkun is-suġġett ta' wirja ta' arti li tiftaħ Valletta 2018
L-akbar wirja tal-arti ta’ Valletta 2018 se titnieda fil-bidu tas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-wirja li se tkun f’idejn il-kuratriċi internazzjonali Maren Richter, u li tikkonsisti minn wirja fuq ġewwa kif ukoll minn stallazzjonijiet fi spazji pubbliċi, tesplora r-relazzjoni ta’ Malta mal-eqreb ġar tagħha – il-baħar.  

Richter qalet, “Huwa unur kbir għalija li nagħti l-kontribut tiegħi għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta, Valletta 2018. Din hija opportunità sinifikattiva sabiex wieħed iħares iktar fil-fond lejn l-istat kurrenti tal-belt, ir-reġjun, il-gżira u l-komunitajiet. Din hija ħarsa friska u ġdida lejn l-istorja, il-preżent u l-futur. Il-gżira u l-baħar dejjem kienu sors ta’ ispirazzjoni f’ħafna oqsma u wasslu għall-ħsieb viżjonarju. It-tqarrib ta’ dan kollu lejn l-arti kontemporanja hija missjoni impenjattiva u eċitanti.” 
  

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook