Meta l-ħolm isir realtà: Polly se (terġa') ssir nanna

Is-sena l-oħra mal-ILLUM qalet li tixtieq issir nanna ... saret nanna u se terġa'

Ix-xewqa tagħha li ssir nanna se ssir realta', għat-tieni darba
Ix-xewqa tagħha li ssir nanna se ssir realta', għat-tieni darba

Pauline Fenech, magħrufa aħjar bħala 'Polly' tal-bar fis-serje popolari Strada Stretta, kellha t-talb u x-xewqat tagħha li ssir nanna milqugħin mhux għal darba, imma issa għal darbtejn. Wara li mal-gazzetta bil-Malti ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM Polly kienet qalet li għall-Milied tas-sena l-oħra xtaqet li ssir nanna,ġimgħat biss wara ngħatat l-aħbar mill-isbaħ illi t-tifel tagħha u martu kienu qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom. F'Lulju ta' din is-sena twieled Louie, li diġà qed ikompli wara l-passi ta' nanntu Polly, hekk kif diġà deher fuq Strada Stretta bħala t-tarbija ta' Lydia, li twieldet fil-bidu ta' dan l-istaġun televiżiv. 

Iżda Santa Klaws kien iktar milli ġeneruż ma' Polly u l-familja tagħha, hekk kif jiem ilu u ftit qabel Milied ieħor ingħatat mill-ġdid l-aħbar li se terġa' ssir nanna,din id-darba tat-tarbija ta' bintha u żewġha. 'Ferħana se ntir' qalet Polly' mal-illum.com.mt, hekk kif din l-attriċi popolari u maħbuba mill-Maltin mhux biss hija nanna imma bi kburija xxejjer il-bandiera tan-nanniet, kif fil-fatt għamlet f'attività tal-Għaqda Nanniet Maltin riċentement. 

M'għandniex dubju li l-eluf ta' qarrejja tagħna, li magħhom Polly hija ferm popolari huma kuntenti daqsha għal din il-barka u rigal sabiħ li qed tirċievi mill-ġdid.  

More in Zekzik