Oliver Scicluna jsir papà taċ-ċkejken Declan...'l-isbaħ rigal tal-Milied'

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u martu Angela saru ġenituri

Iċ-chairman tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità (CRPD), Oliver Scicluna ħabbar li hu u martu Angela saru ġenituri taċ-ċkejken Declan li twieled iktar kmieni llum waranofsinhar.

F'kumment li qasam fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Scicluna rringrazzja u faħħar il-ħidma tal-istaff tal-Isptar Mater Dei għall-ħidma tagħhom, li huma jagħmlu b'tant dedikazzjoni.

Scicluna qal li huwa kuntent ħafna u dan huwa "l-isbaħ rigal għal dan il-Milied."

More in Zekzik