Filmat | 'Fast and the Furious'... fit-triq ta' Ħaż-Żebbuġ

Filmat ta' manuvra qisha ħierġa minn xi film ta' Hollywood... iżda ġrat dalgħodu f'Ħaż-Żebbuġ

'Fast and the Furious'...fit-triq ta' Ħaż-Żebbuġ
'Fast and the Furious'...fit-triq ta' Ħaż-Żebbuġ

Min se jara dan il-filmat l-ewwel darba, se jkun ċert li din hija xi xena meħuda minn film ta' Hollywood... iżda fil-verità, din il-manuvra azzardata u perikoluża ġrat verament dalgħodu fi triq hawn Malta.

'Fast and the Furious'...fit-triq ta' Ħaż-Żebbuġ

il-paġna ta' facebook ta' "Idiot Drivers Exposed - Malta", xerrdet dan il-filmat dalgħodu hekk kif sewwieq, x'aktarx ta' mutur, ġibed din ix-xena fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ, li turi karozza tat-Tip Daihatsu Terios taqbeż karozza oħra b'mod ferm perikoluż, hekk kif din rikbet fuq bankina, biex taqbez lill-karozza l-oħra minn naħa ta ġewwa tat-triq.

Il-filmat sar pubbliku u xxerred fuq l-internet fi ftit minuti. Idiot Drivers Exposed - Malta inkludew in-numru tar-reġistrazzjoni ta' din il-karozza.

l-kurżità ta' kullħadd bħalissa hija jekk l-awtoritajiet hux se jieħdu passi kontra dan is-sewwieq.

More in Zekzik