Jesmond Saliba sab ruħu mdawwar mill-iġganti fi Buenos Aires

Il-President tal-Volleyball attenda għal kungress Dinji tal-logħba fl-Arġentina

Jesmond Saliba Bhala President tal Malta Volleyball Association attenda għal Kungress Dinji tal-Volleyball fi Buenos Aires fejn il-bieraħ ġie konfermat għat-tmien sena konsekuttiva l-president tal-Assoċjazzjoni dinjija, Dr Any Graca. 

Mal-President Dr Ary Graca
Mal-President Dr Ary Graca

Jesmond Saliba għall-bidu inħasad għax ħaseb li flok l-Arġentina sab ruħu f'Lilliput, iżda dawk li dawruh kienu l-membri tal-Athletes Commmission tal-Volleyball li huma fost l-aqwa players tal-volleyball fid-dinja. Meta tkellimt ma' Jesmond li hu ħabib tiegħi qalli li ddispjaċih ma qalx lili nakkumpanjah biex ikollu wieħed ta' livell tiegħu ħdejh!! Forsi fid-daqs Jesmond Saliba mhux ġgant iżda bħala amministratur fli Sport għandu statura kbira u qalilna li Waqt iz-zjara kien hemm interess ghal dak li qed jigri Malta fil-livelli kollha tal-loghba. 

More in Zekzik