L-ewwel single oriġinali għal Janice Mangion

Janice Mangion, waħda mill-kantanti ewlenin f’Malta, solista kapaċissima kif ukoll membru tal- Animae Gospel Choir riċentament nediet l-ewwel kanzunetta tagħha għar-radju, b’ħoss modern li huwa amalgamazzjoni ta’ RnB u ballad. Il-kanzunetta li ġġib l-isem ta’ 'Burnin', hija fuq kompożizzjoni ta’ Elton Zarb u lirika ta’ Emil Calleja Bayliss

Fil-fażijiet inizzjali tal-proċess kreattiv, Janice xtaqet li jkollha messaġġ li faċli jirrelata’ miegħu kulħadd għaliex imiss il-qalb permezz ta’ ħsibijiet kemmxejn vagi fuq it-tama. Hemm diversi nies li jsibu ruħhom f’mumenti ta’ desperazzjoni, fejn jiddubitaw t-twemmin tagħhom. Dan il-messaġġ, akkumpanjat mill-vuċi predominanti tagħha ħolqu ġmiel ta’ kanzunetta. Bħala għajnuna fir- rikording permezz ta’ vuċi korista kien hemm il-brava Angela Spiteri.

“Burnin”, li bħalissa tista tiġi mixtrija jew inkella tindaqq fuq kull mezz ta’ pjattaforma digitali ġiet ppubblika mill-kumpanija CAP Sounds, dar tad-diski bbażżata l-Ġermanja li għandha distribuzzjoni mmexxija minn Universal Music Germany.

Manfred Holz, mill-kumpanija preċedenti qal, “nemmnu li Janice has an incredible vocal range which we are proud to represent, and we believe that 'Burnin' showcases her talent in the best possible way.”

Bħala sapport għall-kanzunetta, uffiċċjalment maħruġa il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru, Janice Mangion u t-tim tagħha, immexxi minn Marc Calleja Bayliss ta’ Ironic PR & Artist Management ħaseb li l-aħjar ikun li jinħadem vidjo liriku, u b’hekk ikkuntatjaw lil Angie u Duane Laus, bir-rizultat ta’ dan ix-xogħol imniedi l-Ħamis 29 ta’ Settembru.

Wieħed jista jisma jew jixtri l-kanzunetta, jew inkella jara l-vidjo liriku permezz tal-paġni uffiċċjali ta’ Janice Mangion fuq Facebook jew Twitter jew inkella: http://janicemangion.believeband.com.

More in Zekzik