Jerġa jaqa' għan-n**k: Il-ħaddiema jitħallsu biċ-ċiċri u hu jiġri bil-balal tal-liri fil-but

Mike Ashley, li jmexxi l-kumpanija Sports Direct jerġa jinqabad....din id-darba bil-balal tal-liri fil-but bil-ħaddiema fuq il-paga minima warajh...

Ashley jinkixef: Iħallas lill-ħaddiema karawett u jżomm il-belli liri f'butu
Ashley jinkixef: Iħallas lill-ħaddiema karawett u jżomm il-belli liri f'butu

Is-sid tal-kumpanija Sports Direct reġa, għal darba'oħra waqa' waħda tajba għan-n**k, hekk kif waqt li kien qed iżur il-warehouse tal-istess kumpanija, fejn kien qed iħaddem lin-nies biċ-ċiċri, sakemm inqabad, intalab jneħħi dak kollu li kellu fil-but, daqslikieku kien se jsir security check. Għas-sorpriża tal-ġurnalisti preżenti Ashely, akkużat li kien qed jitratta lill-ħaddiema tiegħu daqslikieku għandna fl-era Vittorjana, beda joħroġ ballal ta' noti tal-£50 mill-but. 

Meta l-ġurnalisti kkumentaw dwar il-fatt huwa qal, b'nofs daħqqa li kien għadu ġej mill-Casino. Iżda l-akbar daħqa kienet ta' eluf ta' nies li jużaw Twitter illi mill-ewwel bdew jgħaddu lil Ashley passata żmien. Kien hemm min qal li hu karikatura, hekk kif beda joħroġ il-flus fl-istess ħin li dawk li jitħallsu l-paga minima kienu warajh, filwaqt li persuna oħra qalet 'ara nsejt li ħallejt it-toilet paper fil-but.'

Sports Direct kienet ammettiet li kienet qed tħaddem lil ħaddiema tagħha b'pagi miżeri u sussegwentement irrevediethom. 

More in Zekzik