Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

'Ejja Rodney 'f**kin' għaġġel' .... u dan Rodney Vassallo min hu?'

Apparti r-riżultat diżastru li sofriet Malta mal-Iskożja l-preżentaturi Rodney Vassallo u Peter Cossai jispiċċaw fuq il-midja barranija hekk kif qalgħu xeba' lsien...

Staff Reporter / 6 ta' Settembru 2016 12:17
jekk tarah irrabjat....aħjar taħrab!
Il-preżentaturi ferm popolari Rodney Vassallo u Peter Cossai qalgħu xeba' lsien mingħand il-Manager tat-tim tal-futbol Skoċċiż, Gordon Strachan, li mid-dehra ma tantx trid tkun maġenbu meta jkun bil-burdata ħażina. 

Fil-fatt minn filmat li qed idur ma' siti differenti, waqt kummentarju dwar il-logħba ta' bejn Malta u l-Iskozja, Strachan jidher li xejn mhu impressjonat bid-dewmien li kien hemm biex jibda, kollegament ma' Rodney Vassallo. Tant hu hekk li xħin Cossai beda jipprova jaqbad ma' Vassallo fl-istudjo, fil-filmat Strachan jintema' jistaqsi 'dan Rodney min hu?' Imbagħad jgħid lil Cossai 'Tell Rodney to get a f**king' move on'. 

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook