Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

RITRATTI |Meta t-tradizzjoni tiltaqa mad-dinja moderna

Nisa mit-tribu tal-Himba fin-Namibja ma jneħħu qatt l-ilbies tradizzjonali tagħhom lanqas meta jagħmlu x-shopping

 

John Busuttil / 3 ta' Settembru 2016 14:53
F'dawn ir-ritratti mill-isbaħ wieħed jista jara taħlita jew aħjar tinsiġa bejn id-dinja tradizzjonali u d-dinja moderna. Din il-mara sabiħa u eleganti  mit-tribu Himba min-Namibia turi lil din it-tfajla f'supermarket liebsa l-ġild tal-mogħoż u midluka bit-tajn biex ix-xemx ma tagħmliliex ħsara. 

interessanti kif il-globalizazzjoni għenet biex it-teknoloġoja titħallat mat-tribujiet tradizzjonali
Din it-tribu jgħixu ħajja ferm tradizzjonali u jilbsu dak li jilbsu mhux għat-turisti iżda għax iħossuhom sbieħ bn'dak il-mod għalihom stess. Ir-ritratti huma meħuda minn fotografu Svediż, Bjorn Persson, għal dokumentarju dwar il-ħajja selvaġġa u t-tradizzjonijiet tat-tribujiet Afrikani. Dawn ir-ritratti jagħtu stampa ċara tal-globalizazzjoni għax għalkemm jgħixu ħajja tradizzjonali kultant jitfaċċaw fil-villaġġ jixtru n-neċessitajiet moderni fejn f'ritratt minnhom naraw anke mobile mdendel ma' sider waħda mill-anzjani tat-tribu.

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook