Filmat | Il-ġostra ta' Malta fuq SKY News...

Servizz fuq SKY News, dwar il-ġostra malajr qed idur id-dinja u jqajjem interess dwar din it-tradizzjoni Maltija

Il-Ġostra Maltija fuq SKY News
Il-Ġostra Maltija fuq SKY News

It-tradizzjoni Maltija tal-ġostra, illum ġiet murija fuq servizz li deher fuq SKY News li ddeskriviha bħala "L-isfida tal-arblu midluk bix-xaħam".

Il-filmat li ttieħed il-bieraħ waqt il-festa ta' San Ġiljan, b'xi mod sab ruħu f'idejn SKY News, li ppublikawh illum u xerrduh anke fuq facebook.

Il-kanzunetta popolari tal-film "Mission Impossible", tat il-filmat daqsxejn aktar faxxinu internazzjonali lill-dawk il-barranin kollha li permezz ta' SKY News raw din it-tradizzjoni għall-ewwel darba f'ħajjithom

 

 

More in Zekzik