Tħallina Josephine, omm Alfred Sant

L-unika dehra tagħha kienet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista wara li binha kien ħa trattament kontra l-kanċer

Alfred ma' ommu Josephine
Alfred ma' ommu Josephine

Ftit li xejn dehret fil-pubbliku, apparti darba meta binha kien milqugħ fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista wara li kien għadda minn trattament tal-kanċer. Josephine Sant, omm l-eks PM u Mexxej Laburista Alfred Sant mietet aktar kmieni illum wara żmien twil illi fih kienet qed tingħata kura. 

Intant fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta' Sant u offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familja. L-istess għamel il-Partit Laburista li ddeskriva lil Josephine  bħala mara ta' valuri sodi u ta' eżempju, bħala omm. 

More in Zekzik