Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Karozza li ssuq weħidha involuta f'inċident

Karozza li ssuq weħidha tieħu żball u taħbat ma trakk, bir-rużultat li jmut il-passiġġier li kien fiha

Ruben Anthony Xuereb / 1 ta' Lulju 2016 18:00
Il-Karozza 'Tesla Model S' mgħammra b-sistema ta' sewqan awtomatiku
Karozza tad-ditta Tesla li taħdem bit-teknoloġija avanzata ta' sewqan awtomatiku, kienet involuta f'inċident tat-traffiku fi Florida, fejn din ħabtet ma' trakk, bir-riżultat li l-passiġġier, li kien sewwieq tal-kumpanija Tesla stess, jitlef ħajtu.

Awtoritajiet Amerikani għaddejjin bl-investigazzjoni dwar dan il-każ li qegħdin isejħu bħala l-ewwel mewt ikkawżata minn teknoloġija ta' sewqan awtomatiku. It-'Tesla Model S' taħdem b'teknoloġija mmexxija bil-GPS u hija mgħammra b'numru ta' sensuri li jippermettulha tbiddel il-korsiji tat-triq u tevita ħbit ma' vetturi oħra.

Madankollu f'dan l-inċident fatali, jidher li l-karozza ma rnexxiliex tagħmel distinzjoni bejn il-ġenb abjad ta' trejler u s-sema, bir-riżultat li "ħasbet" li m'hemm xejn u li tista' taqleb il-korsija. Il-Karozza daħlet taħt it-trejler u tgħaffġet taħtu.

Il-kumpanija produttriċi tal-karozza, stqarret li t-telfa tas-sewwieq tagħhom kienet traġika. Huma wkoll għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom għax isostnu li fil-passat, l-istess mudell ta' karozza bis-sewqan awtomatiku, għamelt manuvri simili fit-traffiku mingħajr problemi ta' xejn. Issa jrid jiġi deċiż jekk jekk dan kienx każ ta' ħsara iżolat jew inkella difett fis-sistema ta' sewqan awtomatika.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook