Vella ma jċedix: Farsons jistgħu jbusuli s***i

Il-membru tal-Brikkuni ma juri l-ebda forma ta' ndiema anzi jgħid li l-avvenimenti ta' karita' bħal dawk tal-Marigold huma biss intenzjonati "biex ineffħu lill-politiċi" 

Il-kantant ta' Brikkuni Mario Vella li f'dawn l-aħħar jiem spiċċa f'nofs kontroversja wara li għadda kummenti pjuttost dispreġġjativi lejn Michelle Muscat u l-attivita' li kienet qed itella' b'risq il-Marigold Foundation ma tantx wera' ndiema u fi stqarrija sostna illi l-kumpanija Farsons "jistgħu jbusuli s***i, għax il-Brikkuni ilhom għaddejin b'saħħithom 10 snin u mhux se taqa' d-dinja issa." Huwa kien qed jirreferi għall-fatt li l-kumpanija Farsons waqqfet lill-Brikkuni, wara qbil magħhom, biex ma jkantawx fil-Beer Festival.

Vella sostna li hu mhu se jiddispjaċih bl-ebda mod għal dak li qal u kompla jgħid li se jitħassar lil dawk li ma jindunawx li dawn l-attivitajiet ta' karita' huma biss "eżerċizzju ta' promozzjoni biex jintefħu l-politiċi... nippreferi mmut milli jkolli nadura lil dawn l-allat foloz li jużaw il-miżerja tan-nies biex jirbħu l-appoġġ tan-nies," sostna Vella. 

B'refrenza għad-diskussjoni li għaddejja bħalissa Vella qal illi Michelle Muscat missha tara għalfejn nisa ta' awtorita' mhux qed jitkellmu dwar il-morning after pill jew dwar l-abort minflok toqgħod tilgħaba tas-sofistikata. "Jien mhux se jiddispjaċini...huwa inkredibbli kif f'pajjiż maħkum minn esplojtazzjoni tal-ambjent u minn skandli politiċi, hija rasi li trid tinqata'" 

More in Zekzik