'Lura għaż-żmien meta Malta tagħti punti lill-Ingliżi u l-Ingliżi ma jtuniex punt'

Deo Grech jgħid illi fis-sala iktar ra ferħ meta r-Russja ma ħaditx punti għoljin milli għax pajjiż beda javvanza 

"Prosit Ira" - Deo Grech

"Għal darb'ohra t-Televoting baqa' jgħarraq ir-riżultat ta' Malta. Mir-raba post bil-ġurija, tgerbibna 'l isfel waħda sew tort tal-punteġġ baxx mit-televoting." Hekk sostna Deo Grech, personalita' lokali marbuta sew mal-Eurovision u li kien preżenti fis-sala lbieraħ.

Mal-illum.com.mt Grech sostna illi kien skantat kif r-Renju Unit "ma tawna l-ebda punt u aħna tajnihom it-12-il punt mill-ġurija.  Erġajna lura għaż-żmien fejn Malta kienet tivvota lill-Ingliżi u lilna ma jtuna xejn."

Grech iżda kellu kliem pożittiv ħafna għal Ira Losco u qal li għaliha "din kienet esperjenza tajba u li b'kuraġġ liema bħalu rnexxielha twassalna lura sal-finali. Prosir Ira," jtemm jgħid Grech dwar il-kantanta Maltija. 

Dwar l-Ukraina Deo Grech jgħid li Ira rebħet "b'ballad b'tema b'saħħitha, bi ħsejjes etniċi u lirika li f'parti minnha tuża lingwa ta' pajjiżna. Kantanta tajba b'vuċi partikolari ħafna. "Rebħet kanzunetta li ma ntużawx projections u xi teknologija partikolari. Ħalliet warajha lill-Awstralja u r-Russja li użaw teknoloġija moderna ħafna u li l-ħoss tal-kanzunetti tagħhom hu kontemporanju u mexxxej."

Grech jgħid lil dan is-sit illi kieku hu kien flok ir-Russi "!ma nieħux sehem aktar għax il-ferħ li bdejt nara fis-sala ma kienx għall-Ukraina, Awstralja jew Franza per se, iżda għax ma bdewx jieħdu l-ogħla punti r-Russi."

More in Zekzik