Għaddejna ... Malta tifraħ ma' Ira Losco

....u Ira Losco se jkollha tifel

Ira Losco..għaddiet..Malta tistenna nhar is-Sibt
Ira Losco..għaddiet..Malta tistenna nhar is-Sibt

Eluf qabżu bil-ferħ u infexxew f'ċapċip madwar Malta kollha hekk kif kien imħabbar illi Malta għaddiet għall-finali ta' nhar is-Sibt. Dawk miġburin fi djarhom, f'xi bar  jew f'post ieħor tad-divertiment stennew b'ċerta ansjeta' r-riżultat u ċċelebraw hekk kif Malta kienet waħda mill-kanzunetti li għaddew għall-finali. 

Intant ftit minuti wara li tħabbar li għaddiet Ira Losco qalet illi se jkollha tifel meta tkellmet fuq filmat li ttella live fuq Facebook

Dik tal-lejla kienet sfida diffiċli hekk kif Malta kellha tikkompeti ma' kanzunetti li ġeneralment dejjem jgħaddu għall-finali. Għalhekk il-ferħa tal-Maltin u l-Għawdxin kienet ikbar.

Ira kellha prestazzjoni mill-aqwa, vuċi eċċellenti u ddivertiet lill-eluf fis-sala li laqgħu d-diska b'ċapċip u għajjat. B'hekk issa l-attenzjoni se tkun kollha fuq nhar is-Sibt li ġej. 

More in Zekzik