Kważi ċerti li se ngħaddu...imma diffiċli biex nirbħu

Siti tal-imħatri ipoġġu lill-Ira fis-sitt post....post l-isfel minn ġimgħatejn ilu..imma kollox jindika li Malta se tegħleb l-ewwel sfida ta' nhar it-Tlieta

Jidher illi Malta għandha ċans kbir ħafna li tgħaddi mis-semi finali. Persuni li tkellmu mal-illum.com.mt qalu illi kollox qed jindika li Ira Losco se jkollha suċċess fis-semi finali u tgħaddi għall-finali, xi ħaġa li f'dawn l-aħħar snin pajjiżna mhux dejjem kien qed jirnexxielu jagħmel għad-diżappunt ta' ħafna. Iżda anke jekk jidher li hemm ċans kbir ħafna li ngħelbu l-ewwel sfida, jidher li se jkun diffiċilissimu li Ira Losco tirbaħ il-Eurovision ta' din is-sena, anke jekk hija waħda mill-favoriti. 

Skont siti tal-imħatri, 'Walk on Water' ta' Ira Losco tinsab is-sitt l-aktar diska favorita biex tirbaħ il-Eurovision, post l-isfel minn ġimgħatejn ilu meta Malta kienet fil-ħames post.  Qabilha, s'issa, hemm ir-Russja li ilha l-aktar favorita għal żmien twil, segwita bl-Ukrajna, Franza, l-Iżvezja u l-Awstralja li qed tipparteċipa għat-tieni darba fil-Eurovision. 

More in Zekzik