Ir-rigal li xtaqet Polly se jsir realta' ... se ssir nanna ta' 'bambin' żgħir

Ferħana se ttir spjegat kif f'Lulju li ġej se ssir nanna għall-ewwel darba

Ix-xewqa tagħha li ssir nanna se ssir realta'
Ix-xewqa tagħha li ssir nanna se ssir realta'

Jidher illi Santa Klaus sema' t-talbiet ta' Pauline Fenech, magħrufa aktar illum bħala Polly fis-serje Strada Stretta, illi lura f'Diċembru meta mistoqsija minn dan is-sit x'kienet tixtieq bħala rigal għall-Milied  kienet pronta wieġbet hekk: "forsi li insir nanna. Nanna Polly tkun tal genn!". 

U x-xewqa tagħha tal-Milied se ssir realta' hekk kif b'ċerta kburija qalet lil dan is-sit illi f'Lulju li ġej se ssir nanna għall-ewwel darba. Ferħana se ttir Polly spjegatilna kif il-partner ta' binha Isaac, se jkollha tifel fi ftit ġimgħat oħrajn, ġimgħat li mistennijin ikunu mill-aktar impenjattivi u eċċitanti għall-familja Fenech. 

More in Zekzik