Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

49% jemmnu fid-diska ta' Ira ... imma 32% jgħidu li Malta mhi se tirbaħ qatt

...il-qarrejja tal-ILLUM, fil-maġġoranza tagħhom, jemmnu li Ira se tasal sal-quċċata  

Staff Reporter / 5 ta' Mejju 2016 17:59
Ira Losco
Il-qarrejja tal-illum.com.mt fil-maġġoranza tagħhom iħossu li d-diska ta' Ira Losco 'Walk on Water' għandha ċans tajjeb li tasal sal-quċċata u ġġib lejn pajjiżna r-rebħa fil-Eurovision, ħolma li eluf ta' Maltin ilhom jistennew snin twal. Fil-fatt, minn dawk kollha li pparteċipaw fl-istħarriġ tal-ġimgħa l-oħra 49% jemmnu li d-diska ta' Ira se tkun iċ-ċavetta biex Malta tirbaħ il-Eurovision 2016. 

Minoranza konsiderevoli, jew 32%, iżda mhumiex daqstant pożittivi u jħossu li d-destin ta' Ira fil-Eurovision se jkun simili għal dak tal-kantanti l-oħra qabilha. Dawn jemmnu li Malta qatt mhu se jkollha ċans tirbaħ, probabilment minħabba l-mod ta' kif issir il-votazzjoni fejn pajjiżi differenti, speċjalment dawk tan-naħa tal-lvant tal-Ewropa jivvutaw lil pajjiżi ġirien tagħhom. 

Minn dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ tal-illum.com.mt ftit iktar minn 9% jemmnu li Malta se tirbaħ 'għax kollox kien irranġat minn qabel', filwaqt li 10% iħossu li Ira m'għandhiex ċans ġġib il-premju lejn Malta għax, skonthom, id-diska hija "tal-qamel"  

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-illum.com.mt
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook