Kaya lura fix-xena mużikali b'diska ġdida

'Oceansky' hi l-aħħar kanzunetta ta' Kaya

Kaya, magħrufa wkoll bħala Priscilla Psaila għadha kemm nediet “Oceansky”, kanzunetta ġdida b’mużika ta’ Jonas ‘Salle’ Sahlin u lirika ta’ Deo Grech. B’ħoss ritmiku mgħaġġel ta’ perkussjoni, kif ukoll messaġġ ta’ passjoni u mħabba, żgur li bħala kanzunetta ħa tagħmel ħoss.

Dan huwa r-ritorn ta’ Kaya fix-xena tal-mużika lokali, u jkompli l-apprezzament tagħha lejn dan il-ġeneru, wieħed li huwa dokumentat bis-sħiħ fix-xogħol tal-bidu tagħha.

Din il-kanzunetta hija l-ewwel waħda oriġinali sa’ mill-2012, jiġifieri 4 snin ilu meta kienet ippubblikat “Touched by an Angel” fuq kliem u mużika ta’ Knut Oyvind Hagen u “Timeless” fuq kliem u mużika ta’ William Camilleri.

“Oceansky” għamlet id-debutt tagħha ġewwa Cesca Club, f’Marsaskala waqt il-‘Eurovision Pre-Party’ organizzat minn Deo Grech u Joseph Barber.

Hemm intlaqgħet tajjeb ħafna, u fetħet serata ta’ ferħ, u eċitament kbir, bil-kantawtriċi Kaya tkanta selezzjoni vasta ta’ kanzunetti.

“Oceansky” dalwaqt tkun aċċessibli għal kulħadd fuq diversi pjattaformi diġitali fosthom: iTunes, Deezer, Spotify u Apple Music. 

More in Zekzik