Malti jaqla $24 miljun fis-sena

Camilleri hu l-kap Eżekuttiv u Chairman tal-aqwa 

Louis C Camilleri ta' 60 sena imwieled Lixandra l-Eġittu minn ġenituri Maltin li kienu jgħixu fil-Kajr hu iċ-chairman Internazzjonali ta' waħda mill-aqwa ditti tas-sigaretti fid-dinja, Philip Morris.

Louis Camilleri beda jaħdem mal- W. R. Grace and Company, f' Lausanne, l-Iżvizzera bħala analista. Fl-1978 Camilleri ingħaqad ma' Philip Morris, l-ewwel bħala analista iżda baqa tiela s-sellum tas-suċċess. F'Diċembru 1995 ġie appuntat bħala president u CEO tal-Kraft Foods u sena wara ġie maħtur bħala viċi president anzjan u financial officer ta' Philip Morris.

Camilleri inħatar bħala l_Kap Eżekuttiv ta' Philip Morris fl-2002. Din il-kumpanija tas-sigaretti hi l-akbar waħda fl-Istati Uniti u s-seba l-aqwa fid-dinja. Illum jirċievi salarju ta' madwar $24 miljun fis-sena.

More in Zekzik