Harry b'għażla diffiċli bejn żewġ nisa sbieħ

Qed jingħad li l-Prinċep Harry, issa bil-leħja u dehra aktar maskili, mistenni jerġa lura ma' Chelsey, l-eks tiegħu, għalkemm eks oħra qed turi interess kbir ukoll...
 

harry mħasseb u mifxul bejn Cressida u Chelsey (fir-ritratt)
harry mħasseb u mifxul bejn Cressida u Chelsey (fir-ritratt)

Il-Prinċep Harry qatt ma waqaf ikun fuq l-aħbarijiet u anke jekk ma jammettux ħafna nisa, mhux biss fir-Renju Unit imma anke lilhinn, Harry dejjem ġibed ħafna mill-attenzjoni tagħhom lejh.

Imma l-Prinċep mistenni jerġa jikser xi ftit qlub hekk kif jidher illi se jerġa lura ma' Chelsy, l-eks tiegħu, wara li ltaqa' magħha l-Afrika t'Isfel. Definittivament, jekk hemm qalb li se tinkiser hija dik ta' eks oħra tiegħu, Gresida Bonas. Fil-fatt rapporti fuq il-midja Ingliża qed jgħidu illi Bonas telqet l-għarus li kellha u reġgħet qed turi interess qawwi f'Harry. 

Insomma, ħobbu jew obgħodu, Harry huwa l-għira ta' ħafna irġiel. Flus kemm irid u nisa jiġru warajh minn kull rokna tal-globu

Harry ma' l-eks l-oħra Cressida, li mid-dehra tridu wkoll
Harry ma' l-eks l-oħra Cressida, li mid-dehra tridu wkoll

More in Zekzik