Bekham taqla' ħasla papali fuq Twitter

...wara li wżat mudelli rqaq ħafna għall-linja tal-moda tagħha

Victoria Beckham ma' waħda mill-mudelli
Victoria Beckham ma' waħda mill-mudelli

Victoria Bekham qalgħet ħasla papali mingħand ħafna minn dawk li jsegwuha fuq Twitter u dan wara li wżat mudelli rqaq ħafna f'serata tal-moda li kienet biex turi l-linja tal-moda tagħha x'qed toffri bħalissa. "Dik it-tifla għandek bżonn titmagħha" kienu fost il-kummenti li bgħatu numru ta' fans ta' Bekham.

Bosta fakkruha wkoll li l-għażla tal-mudelli tmur kontra dak li kienet qalet hi stess ftit żmien ilu meta ddikjarat li hi kontra l-użu ta' mudelli li jkunu qishom skeletri tant li hi ma kinitx se tużahom. Ir-ritratti juru mod ieħor.

Bekham pero ma tantx dehret inkwetata u irreaġixxiet billi qalet illi s-serata tal-moda kienet għal kull tip ta' mara ta' kull daqs.

More in Zekzik