Bużnanna ta’ 71 sena irnexxielha tagħmel 200 date ‘online’ fi 3 snin

Tobgħod iż-żaqq ħoxna, it-tattoss u l-imsielet fuq l-irġiel u tħobbhom iżgħar minnha

 

Margaret Collins ta’ 71 sena minn Newcastle irnexxielha tagħmel 200 date ‘online’ fi 3 snin. Collins li hi dovorzjata għal darbtejn qalet li l-irġiel donnhom li jinħallu għaliha. U jirnexxilha takkwista mingħandhom ħafna rigali, fejn kien hemm min ħallsilha holiday u oħrajn joħduha anke tagħmel xirja tajba minn Harrods. Hi tgħid li għaliha l-ħajja bdiet ta’ 70 sena. U l-irġiel li tgħoġob u jgħoġbuha huma kollha iżgħar minnha għax dawn iġagħluha tħossha żagħżugħa.

 

Collins li hi bużnanna tgħix f’kumpless tal-anzjani fi Newcastle, iżda tqatta l-ħajja tagħha tgħix ‘la bella vita’. “Jien inħobb irġiel li joħduni niżfen u anke mmur ma’ binti fi clubs fejn ħafna irġiel żgħar jiġu jittantawni. Nemmen li l-ħajja tibda ta’ 70 u qatt ma naf li kont kuntenta u nħossni ‘wanted’ daqs dan iż-żmien.”

Collins hi omm Karen, 49sena, Mandy,47 sena u Joanna, 41 sena. Nanna ta’ 5 u bużnanna ta’ 2.

Meta kellha 58 sena wara erba snin li kien telaqha it-tieni raġel, għamlet online dating profile u ftit ġimgħat wara irċeviet madwar 100 messaġġ minn irġiel iżgħar minnha. “Fejn anke kelli ħafna proposti għal żwieġ.” Għalkemm anke issa jkollha ħafna proposti għal dates hi tagħżel ma min toħroġ fejn jgħoġbuha nies tan-negozju li għandhom flus biżżejjed biex joħduha tgawdi l-ħajja tal-ogħla livell.

Idejquha irġiel b’żaqqhom ħoxna (beer bellies), tattoos, msielet u min jilbes slippers bojod. Tħobb irġeil li jdawruha mal-ewropa fejn irnexxielha tmur vaganzi mħallsa l-Portugall, Abu Dhabi. Kellha relazzjoni ta’ sentejn fejn dan ir-raġel ħallsilha kamra fis-Savoy għal sentejn u kien jeħodha tixtri minn Harrods.

 

 

 

 

More in Zekzik