(FILMAT) Boxer Irlandiż iħarbat tużżana Torok li daru għalih f'Istanbul

Dan l-Irlandiż sar l-eroj tat-Torok għax iddejqu bil-proprjetarji tal-ħwienet jibulljaw lil kulħadd

F'Istanbul bħalissa l-proprjetarji tal-ħwienet qed jibbulljaw lil kulħadd fejn għandhom il-barka tal-gvern u l-pulizija. Għalhekk meta boxer Irlandiż imwieled il_Kuwajt ma beżax minn tużżana minnhom u spiċċa rebbieħ fuqhom anke jekk dawn daruh u bdew jagħtuh b'siġġijiet u lasti sar l-eroj tat-Torok fuq il-midja soċjali.

Dan it-turist Irlandiż mar jixtri flixkun ilma u kif fetaħ il-fridge l-fliexken spiċċaw kollha mal-art aċċidentalment. Il-proprjetarju tal-ħanut mar jagħtih bi stikka u fl-istess waqt ġew oħrajn u daru għal dan l-Irlandiż. Li ma kinux jafu kien li dan kien boxer u beda jmiddhom u jtajjarhom  a la Bud Spencer. Araw il-filmat..

More in Zekzik