(RITRATTI) Nisa topless jipprotestaw fi New York u f'60 belt oħra fid-dinja fil-kampanja 'free the nipple'
In-nisa qed jipprotestaw li bħalma r-raġel jista joqgħod b'żaqqu barra fil-pubbliku, huma għandhom dritt ukoll
Assoċjazzjonijiet femministi madwar id-dinja bdew kampanja qawwija dwar il-fatt li huma għandhom dritt jikxfu n-nipples fil-pubbliku bħalma għandu dritt ir-raġel. Għax nipple hi l-istess sew ta' raġel kif ukoll ta' mara. Għalhekk f'ġurnata dedikata għal kampanja free the nipple mijiet ta' nisa u anke rġiel ipprotestaw f'Manhattan New York u f'60 belt oħra madwar id-dinja.
Rachel Jessee, attriċi u mudella mil-grupp Go Topless ta' New York qalet, "Li n-nisa jitħallew jkunu liberi jridux jikxfu n-nipples jew le tfisser li anke l-moħħ jiġi liberat minn kull preġudizzju u l-mara ma jkolliex għalfejn tistħi iżjed u tgħolli s-self esteem tagħha. Dan kollu nqala meta f'Times Square reklami topless tneħħew.