Sit tal-ivjaġġar Taljan jikteb dwar 25 ħaġa li skont hu tagħmilna differenti minn ħaddieħor

Fis-satira tiegħu nesa jsemmi kif Malta tal-pastizzi u c-Cisk kienet kapaċi tkun fost l-aqwa pajjiż ewropew ekonomikament b'saħħtu u b-inqas numru ta' nies bla xogħol fl-Ewropa.

ir-ritratt ta' Malta wzat fuq dan is-sit
ir-ritratt ta' Malta wzat fuq dan is-sit

Dak li se taqraw hawn taħt hu dak li nnota ġurnalist Taljan li jidher li qatta ħin mhux ħażin fuq il-gżejjer tagħna tant li sab ħafna xi jgħid b'mod sarkastiku/ satiriku dwar gżiritna. Ħa ngħiduha kif inhi, dak kollu li kiteb hu veritjier, kollha ssibhom jew tiltaqa magħhom f'pajjiżna b'xi mod jew ieħor. Iżda seta qal b'mod satiriku wkoll kif dan il-pajjiż tal-pastizzi u l-lager kien kapaċi jimxi fuq rotta ekonomika b'saħħitha li tagħti lezzjoni lill-Ewropa kollha, inkluż pajjiżu.

Dan is-sit Taljan La Gazzetta di Giramundo kiteb hekk:-

Malta hi hekk, jew tħobbha jew tobgħodha. Fiha ssib affarijiet stravaganti li jagħmlu parti mill-kultura u mill-ħajja ta' kuljum li kulmin żar din il-gżira innutaha żgur u forsi faqgħetu bid-daħk ukoll.

Din hi l-lista tal-25 ħaġa simpatiċka li bihom tinduna li ġejt Malta.

1) Meta x-xufier tal-linja ma jtellgħekx fuq ix-xarabank billi jgħajjat  “FULL UP” u jħallik l-art.

2) Il-PASTIZZO jidher li hu l-akbar invenzjoni tagħhom għal wara xi sakra u tinduna li mhux hekk wara li tkun kilt kważi nofsu.

3) Tisma l-kelma MELA użata kontinwament u meta tistaqsihom xi tfisser, jgħidulek li m'hemmx kelma b'limgwa oħra li tagħti sinjifikat ta' kif jużawha.

4) Il-kelma Paceville tibdel l-burdati. Kif issemmi dik il-kelma kulħadd isir pożittiv.

5) Il-ħinijiet tat-trasport pubbliku huma biss usġġeriment. Hu misteru kif wieħed jista jaqra u jifhem dawk in-numri ta' kull waqfa tal-bus.

6) Ix-xufier tax-xarabank ipejjep u jitkellem fuq il-mobile waqt li jsuq

7) Tara roti bil-mutur jinstaqu b'mod abbużiv u jintużaw b'mod normali qisek qed tuża vettura tat-trieq.

8) Fis-sajf tagħmel tant sħana li tkun tixtieq li tiġi x-Xitwa, u fix-Xitwa tant tagħmel kesħa li tkun tixtieq li jasal is-Sajf

9) Iċ-Cisk hi l-aqwa birra fid-dinja (skont il-Maltin)

10) Il-perċezzjoni tad-distanza tinbidel fejn kilometru jehodllok daqs 10 kilometri.

11) Fis-Sajf l-arja kundizzjonata ssir l-akbar ħabib tiegħek

12) Fil-11 ta' bil-lejl tista tinżel u tixtri l-groceries għax dejjem issib xi mini market miftuħ

13) Kif tasal tas-Sliema idawruk għexieren ta' nies biex joħduk Kemmuna u Għawdex. L-uniku kliem li jgħidulek huma “Gozo Comino Blu lagoon“. U jibqgħu jirrepetuh

14) Ħadd ma jaf jispjegalek kif fuq din il-gżira mdawra bil-baħar jittiekel iżjed laħam minn ħut.

15) Il-Maltin li titkellem magħhom jgħidulek li l-vaganzi tagħhom jagħmluhom Għawdex

16) Tistaqti informazzjoni lil xi Malti u anke jekk ma jkunx jaf kelma bit-Taljan jagħmel minn kollox biex jipprova jfehmek u jagħtik l-informazzjoni li tlabtu.

17) Il-frott jiswa inqas u l-aktar bnin li tixtri mill-vannijiet fit-toroq

18) Ma nafx għal-liema raġuni jgħiduelek li l-itjeb frawli ssibu l-Imġarr.

20) Tequila tiswa biss 1 eurio

21) Tara qtates kullimkien

22) F'xarabank mimlija fejn lanqas ikun hemm fejn tieħu nifs tisma lix-xufier jgħajjat  “MOVE BACK” 

23) Il-mini buses ħomor jieħdu l-okkażżjoni li  jaraw kif iwasslu lin-nies fis-sakra sad-dar tagħhom biex ma jsuqux waqt li jkunu xurbana.

24) Ikun tajjeb jekk l-arloġġ tmexxuh nofs siegħa 'l quddiem biex jirnexxilek tkun puntwali għall-appuntament.

25) Xi ftit timmissja l-Italja

 

 

More in Zekzik