(Ritratti) Sharon Stone 57 sena u wara attakk ta' puplisija tippoża għarwiena f'magazine

Tgħid għaliex tippreferi 'fillers' minn 'plastic surgery' biex iżomm ruħha tidher żagħżugħa anke wara li 14-il sena ilu kien taha attakk ta' puplisija

Ta' 57 sena l-istilla ta' Basic Instinct tinbidel f'Naked Instinct fejn iddeċidiet li tieħu ritratti għarwiena black & White biex tippoża għal Harper's Magazine ta' Settembru. Stone li hi l-kelliema ewlenija għal fillers 'Restylane' tużahom hi stess wara li fl-2001 kien taha attakk ta' puplisija li kien ħalliela wiċċha paralizzat.

Wara li kienet damet 9 ijiem fl-ITU, damet sentejn biex fieqet u reġgħet ġiet f'tagħha fejn reġgħet tgħallmet timxi u titkellem mill-ġdid.

Dwar il-fillers Stone tgħid li dawn huma bħal meta għandek il-mascara u filler. U hu alternattiva ħafna aħjar milli jiftħulek wiċċek beraħ fejn tispiċċa qisek għadek ħierġa wara li ġibidlek wiċċek riefnu kbir. Stone qalet li kienu jgħidulha li hi mhxu sexy u ma kienx se jirnexxilha takkwista rwoli importanti fil-films.

 

More in Zekzik