General Manager ta' Lukanda f'Bugibba jingħata t-tort għax f'Awwissu għamlet ix-xita

Turisti jfaħħru l-lukanda iżda jwaħħlu fil-Manager li m'għarrafhomx li f'Awwissu tagħmel ix-xita f'Malta

Il-Palazzin
Il-Palazzin

Dalgħodu Simon Borda, il-general manager tal-lukanda il-Palazzin fil-Qawra għamel status ħelu fuq il-facebook tiegħu meta qal li rċieva email mingħand turisti li wara li faħħrulu l-kumdita u s-servizzi kollha li offritihom l-lukanda il-Palazzin li fil-fatt għandha ħames stilel fuq it-Trip Advisor, xtaqu jilmentaw li huma stennew lil general manager li qabel ibbukkjaw jgħidlhom li f'Awwissu f'Malta tagħmel ix-xita.

Ara vera dawn il-general Managers u min jaħdem fil-lukandi u catering iridu jaċċettaw kull tip ta' kritika bi tbissima!

More in Zekzik