Sena ilu d-dinja tilfet tbissima li ħbiet demgħa

L-ewwel anniversarju mill-mewt tal-attur Robin Williams wara li kkommetta suwiċidju minħabba dipressjoni li kien għaddej minnha

Id-dinja illum reġgħet sellmet lill-attur Robin Williams u ftakret li wara tbissima jista jkun hemm demgħa
Id-dinja illum reġgħet sellmet lill-attur Robin Williams u ftakret li wara tbissima jista jkun hemm demgħa

Bħal lum sena id-dinja qamet ixxukkjata hekk kif tilfet wieħed mill-aqwa atturi tal-aħħar żmien li ġab tant tbissimiet lil dawk li segwew il-films tiegħu. Minn 'Mrs Doubtfire' għal' Night at the Museum' għall-parti li lagħab f''Birdcage' Williams kien ġab miegħu daħq u pożittivita'. Għalhekk il-mewt tiegħu minħabba d-dipressjoni ġabet magħha sens ta' xokk u diżappunt qawwi.

Williams kellu partijiet oħrajn li ma kienux daqstant komiċi, imma li kienu qawwijin ħafna wkoll, fosthom bħala l-għalliem f''Dead Poets Society' u' One hour Photo'

More in Zekzik