waqt li kienet il-ground ma' żewġha, kienet qed tibgħat messaġġi lil ħaddieħor u kixfuha

Żewġt aħwa li kienu warajha ma felħux it-tradiment u kixfulha għajna kollu

Immaġina li qiegħed il-ground u quddiemek ikun hemm koppja miżżewġa. Minn wara tinnota li l-mara qed ticcettja ma' ħaddieħor waqt li żewġha jkun moħħu fil-logħba. Tagħmel bħal dawn iż-żewġ tfajliet li ġibdulha ritratti tal-messaġġi li kienet qed tibgħat lil raġel ieħor u li kienet qed titradixxi lil żewġha f'wiċċu mingħajr ma jinduna?

Delana u Brynn Hinson, żewġt aħwa li marru jaraw il-partita baseball bejn Los Angeles Dodgers u Atlanta Braves, raw iseħħ quddiemhom dan it-tradiement. Għalhekk ħadu ritratt tal-koppja quddiemhom u flimkien ma' ritratti ta' dak li kienet qed tikteb il-mara tefgħu fejn fost l-oħrajn kien hemm miktub ,"qed nistenniek għarwiena" u poġġew kollox fuq  twitter . ma' dawn ir-ritratti poġġew messaġġ fuq il-programm tal-logħba fejn kitbu hekk,"Martek qed tittradik. Ara il-messaġġi li bagħtet lil persuna li fuq il-mobile hu mniżżel bħala Nancy (biex ma turix li hu raġel). Jekk din tħassar il-messaġġi aħna għandna r=-ritratti ta' kulma kmitbet. Jiddispjaċina iżda nħossu li għandek tkun taf.

 

 

More in Zekzik