[RITRATTI GRAFIĊI] Patty Pravo ta' 67 sena b'ġisem li ħafna jgħiru għalih

Ta' kważi 70 sena u tixxemmex topless u b'qalziet ċkejken

Trid tara biex temmen. Dik il-mara fir-ritratt mhi ħadd ħlief Patty Pravo, il-kantanta Taljana ta' 67 sena. Kienet hi li poġġiet dawn ir-ritratti fuq is-sit soċjali tagħha biex turi li anke ta' dik l-età persuna tista' tkun sexy. Qalziet żgħir, kappell abjad u nuċċali tax-xemx, "Wow irnexxieli nixxemmex ftit fl-aħħar" kitbet Patty Pravo fuq is-sit tagħha flimkien mar-ritratti.

Sena ilu waqt intervista li għamlet mal-magazine 'OGGI' qalet li hi taċċetta b'dinjità l-età tagħha li tiġi fuq kulħadd, "inħossni tajba, iżda m'għandix għarus bħalissa. Nemmen li anke ta' 80 sena jista' jkollok rapport sesswali ma' ħaddieħor, kulħadd jagħżel dak li jrid u jixtieq. Iżda għalija ġisem ta' raġel anzjan ma jinżillix, raġel irridu b'ġisem żagħżugħ." Forsi tgħid hekk għax ġisimha hu ugwali għal waħda ta' 30 sena!

 

More in Zekzik