Il-ħames skużi użati fis-sajf min-nisa biex ma jkollhomx x'jaqsmu sesswalment

Minn stħarriġ li sar mill-Mirror tal-Ingilterra fost 4,251 mara mid-dinja kollha

Ħafna nisa dejjem iġibu xi skuża biex ma jkollhomx x'jaqsmu sesswalment mal-partner jew raġel tagħhom, għalkemm f'din is-saħna li qed tagħmel bħalissa, xi ftit raġun ikollhom ukoll li jirrifjutaw is-sess meta jkunu fuq vaganza. Il-Mirror għamel stħarriġ fuq 4,251 mara mid-dinja kollha minn sit li jlaqqa' partrners ma' xulxin, Victoria Milan, u l-klassifika tal-aktar ħames skużi użati hi din -

1 - Sħana wisq, għarqanin xraba t-tnejn (19.4%)

2 - Qed juġagħni l-istonku naħseb għamilli ħażin l-ikel (17.6%)

3 - Xrobt wisq u qed inħossni sturduta (16.3%)

4 - Ma rridx nersaq lejk wara li nnutajtek tħares lejn kull mara bil-bikini li bdiet tgħaddi minn quddiemek (13.2%)

5 - Maħruqa bix-xemx (11%)

More in Zekzik