(FILMAT) Raġel li twieled mingħajr peni jgħid li raqad ma’ 100 mara

Andrew Wardle ta’ 40 sena minn Manchester iddeċieda li jirrakkonta l-istorja tiegħu fuq TV Amerikan

Andrew Wardle twieled b’difett divastanti, twieled b’marda rari li tolqot persuna minn kull 6 miljun persuna li jitwieled mingħajr organi sesswali. Twieled bis-stestakoli iżda bla peni. Hu żamm din l-abnormalita sigrieta minn ħafna minn sħabu, qraba u anke mit-tfajla li kellu relazzjoni twila magħha. Iżda riċentament ddeċieda li jirrakkonta l-istorja tiegħu fuq televiżjoni Amerikan, Discovery Life Channel fuq TLC li jilħaq 47 miljun telespettatur.

Wardle jgħid li raqad ma’ 100 tfajla differenti anke jekk ma qalx x’tip ta’ attivita sesswali kellu magħhom, fejn qal li 20 fil-mija minnhom biss qalilhom bl-annormalita tiegħu fejn kien hemm waħda li sa tatu daqqa ta’ ponn meta qalilha. Din l-istorja se jirrakuntaha bil-ħsieb li jirnexxilu jagħmel operazzjoni fejn jagħmlulu peni li jaħdem normali li jiġi mibni mill-ġilda, vini u nervituri minn idejh. Dan id-dokumentarju se jixxandar nhar it-13 ta’ Ġunju.

Andrew jgħid ukoll li kellu battalji kbar kontra d-dipressjoni, u kontra d-droga li kien jieħu fejn anke ħafna drabi kien jaħseb bie xjikkommetti suwiċidju minħabba din il-kundizzjoni.

 

More in Zekzik