Ikkonfermat it-tielet artist għall-Isle of MTV

L-artist internazzjonali Jason Derulo se jkun qed ikanta fl-Isle of MTV

Il-kantant ta' fama internazzjonali Jason Derulo ġie kkonfermat bħala t-tielet artist li se jkun qed jieħu sehem fl-Isle of MTV ta' din is-sena. Din l-edizzjoni ta' Isle of MTV se tkun qed issir fis-7 ta' Lulju fuq il-Fosos tal-Furjana.

Jason Derulo huwa artist magħruf mad-dinja kollha b'diski bħal Trumpets, Talk Dirty u In my Head. Jason Derulo huwa t-tielet kantant ikkonfermat għal din l-edizzjoni tal-kunċert wara d-DJ internazzjonali Martin Garrix u Jess Glynne li ġiet imħabbra nhar it-Tlieta li għadda.

More in Zekzik