Attriċi tisraq ritratti biex tidher li hi taparsi famuża

Serqet u editjat ritratti taparsi kienet mistiedna għall-Oscars u ħabiba ta' atturi famużi oħra

Biddlet wiċċha taparsi kienet xi attriċi
Biddlet wiċċha taparsi kienet xi attriċi

Anna Allen, li hi attriċi Spanjola ta' 32 sena editjat u serqet bosta ritratti biex titfagħhom fuq il-midja soċjali li tlaħħaq it-22,000 follower, taparsi qed tiltaqa' ma' nies famużi, biex tigdeb fuq il-fama tagħha. 

L-attriċi Spanjola nqabdet teditja ritratti billi ddaħħal wiċċha minflok uċuh ta' atturi oħra famużi, taparsi kienet hi li ltaqgħet ma' dawn in-nies. Meta inqabdet b'li qed tagħmel, Allen ħassret il-kont tagħha fejn kellha ritratti misruq mill-profil tal-attriċi Lupita Nyong'o biex turi li taparsi ġiet mistiedna għas-serata tal-Oscars.

Ir-ritratt li tefgħet Allen tal-invit tal-Oscars, li serqitu minn fuq il-profil ta' Lupita Nyong'o
Ir-ritratt li tefgħet Allen tal-invit tal-Oscars, li serqitu minn fuq il-profil ta' Lupita Nyong'o

Skont sorsi Spanjoli, wara l-Oscars, l-attriċi f'intervista qalet li kienet qattgħet xi ħin titkellem ma' Neil Patrick Harris, il-preżentatur tas-serata tal-Oscars.

More in Zekzik