Ixrob tazza kafè, imbagħad iżragħha!

Tazza tal-kafè li tikber f'siġra meta tiżragħha. 

Kumpanija f'Kalifornja bl-isem ta' Reduce. Reuse. Grow għadha kemm iddiżinjat tazza tal-kafè, li mhux biss hija bijodegradabbli iżda li fil-materjal li minnha hi magħmulha għandha żerriegħa tas-siġar - sabiex meta din tispiċċa tużaha tkun tista' tiżraha. It-tip ta' żerriegħa tvarja skont il-lokazzjoni tal-kaffetterija. 

Din l-inizzjattiva hija parti mill-kampanja Kickstarter. Dawk il-bejjiegħa tal-kafè li beħsiebhom jipparteċipaw f'din il-kampanja jistgħu jew iħeġġu lill-klijenti tagħhom jiżrugħhom humna nfushom jew inkella jistgħu jtuhom lura lis-sidien tal-kafetteriji u jiżrugħhom huma. Kull tazza, skont il-kumpanija, tista' tnaqqas madwar tunnellata ta' dijiossidu tal-karbonju mill-atmosfera f'medda ta' 40 sena. 

S'issa din hija disponibbli biss fl-Istati Uniti - forsi aktar 'l quddiem narawha timxi lil hinn - forsi wkoll anke f'Malta. 

More in Zekzik