Lindsay Lohan teħlisha bi żbrixx

Tagħmel is-sigħat mitluba minnha fix-xogħol tal-komunità jum qabel ma l-avukat tagħha deher għaliha fil-Qorti

Lindsay Lohan irnexxielha tispiċċa bl-eżatt is-sigħat tas-servizz tal-komunità li ngħatawlha bħala piena għal sewqan bl-addoċċ. Dawn kienu ngħatawlha sentejn ilu wara li ħabtet bil-Porsche tagħha ġo trakk ta’ 18-il rota meta kienet qed issuq fil-Highway tal-Kosta Paċifika.

L-avukat kellu s-seduta lbieraħ filgħodu. Imma l-prosekutur mhuwiex daqshekk impressjonat bix-xogħol li wettqet, minkejja li għamlet 80 siegħa f’disat ijiem,  tant li fetaħ investigazzjoni ta’ ġimagħtejn biex jiċċekkjaw x’għamlet eżattament Lohan.

L-attriċi Amerikana ta’ 28 sena suppost lestiet 240 siegħa ta’ xogħol fil-komunità ta’ Londra.  Suppost għamlithom sa Novembru tas-sena li għaddiet imma kienet għamlet inqas minn nofshom (mija u sagħtejn biss). Għalhekk żdidilha ż-żmien biex tlestihom imma ddaħħlet l-isptar b’virus eżotiku kif ukoll iċ-ċentru li kienet qed taħdem fih kien magħluq għal ġimagħtejn waqt żmien il-Milied.

Minkejja li l-kastig ngħatalha f’Los Angeles, hi temmet is-sigħat fir-Renju Unit mal-Voluntiera għas-Servizzi fil-Komunità, li hi għaqda li l-għan ewlieni tagħha hu li tgħin lil persuni żvantaġġati jew b’diżabbiltà jgħixu ħajja ordinarja.

More in Zekzik