Brad Pitt ma tħalliex ikun ġurat fil-Qorti

Beżgħu li jinfluwenza lill-bqija tal-ġurati 

Brad Pitt
Brad Pitt

Il-ġimgħa li għaddiet Brad Pitt mar il-Qorti ta’ Los Angeles wara li ssejjaħ biex jagħmel parti mill-ġurija flimkien ma’ ġurati potenzjali oħra. Imma kellu jmur lura d-dar minħabba li tqies bħala distrazzjoni qawwija minħabba l-fama tiegħu.

L-attur, li lbieraħ għalaq 51 sena, kien diżappuntat li ma ntagħżilx. Skont sors tal-MailOnline, Pitt xtaq li jintagħżel għal xi każ qasir, imma l-problema hi li jkolli jservi sakemm jinqata’ l-każ.

Pitt tela’ l-Qorti għalxejn minħabba li s-sistema tagħżel ġurati potenzjali b’mod każwali u ma tagħmilx distinzjoni min hi l-persuna sakemm din tasal il-Qorti.

L-avukat William R. Lively spjega li normalment meta jindunaw li l-ġurat potenzjali hu persuna famuża, isimha jitwarrab, imma mhux dejjem jiġri hekk. Żied jgħid li l-preżenza tal-attur żgur li kienet toħloq ċerti problem fl-awla.

“Ma tistax tpoġġi lil Brad Pitt fl-awla u tistenna li l-bqija tal-ġurati ma jagħtux kasu. Hu naturali li dawk il-ġurati jkunu qed iħarsu lejn ir-reazzjonijiet ta’ Pitt għal dak li qed jingħad u li se jiġu influwenzati bl-opinjonijiet tiegħu ladarba l-ġurija tingħalaq għal rasha biex tivvota għall-verdett.

More in Zekzik